Monday, June 13, 2016


Kummissarju tal-Pulizja li mhux kapaċi jinfatam mil-lealtà tiegħu lejn il-PL - Beppe Fenech Adami

Waqt li llejla kompliet id-diskussjoni dwar l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta, id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li fl-aħħar ġimgħat inħatar Kummissarju tal-Pulizija u dan għadu ma bagħat ebda sinjal li se jinvestiga allegazzjonijiet serji li feġġew.
    Qal li dan wera li mhux kapaċi jinfatam mil-lealtà tiegħu lejn il-Partit Laburista. “Rajna kif inkixfet skema enormi dwar kumpaniji li jitwaqqfu barra l-pajjiż u dawn jintużaw għall-ħasil ta' flus. Malta żżeffnet fin-nofs għax żewġ persuni - Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi - inqabdu fiha. Kellna stejjer fejn ingħad li kien hemm tixħim, allegazzjonijiet serji li jindikaw li kienu se jirċievu mijiet ta' eluf ta' ewro li kellhom jiġu minn konsulenzi u senseriji. Quddiem dan għandna Kummissarju tal-Pulizija li ma jistax jinfatam mil-lealtà li għandu lejn il-Partit Laburista. Dan għax kien jikkummenta b'tifħir lill-Gvern. Kummissarju li ma kien jiddejjaq xejn jagħmel kummenti biex ifaħħar lill-Partit Laburista. Il-messaġġ hu li għandna Kummissarju li mhux kapaċi jaqta' l-ħabel u jinfatam mill-Partit Laburista,” sostna Fenech Adami.
    Ritratt: Ian Noel Pace
    minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home