Monday, June 13, 2016


Għar Dalam bi problemi minħabba l-iskavi...l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin

Wieħed mis-siti imfittex sew mit-turisti f'pajjiżna hu dak ta' Għar Dalam f'Birżebbuġa. Quddiem xniegħat li hemm problemi strutturali f'dan il-għar li fih instabu għadd ta' fdalijiet ta' annimali, saret mistoqsija Parlamentari mid-Deputat Nazzjonalista Karl Gouder.
    Il-Ministru Owen Bonniċi wieġeb li "f’dawn l-aħħar snin tħejja studju tekniku preliminari li kkonkluda li l-għar m’għandux problemi strutturali iżda jista’ jkun hemm problema bl-ispoil heap tal-iskavi tal-bidu tas-seklu għoxrin li qed tagħmel pressjoni fuq l-art tal-għar.
    Il-moniteraġġ għadu għaddej. Għadu kmieni sabiex wieħed jistabbilixxi x’budget ikun meħtieġ. Sadanittant qed jitħejja masterplan għall-inħawi b’konsultazzjoni mal-entitajiet kollha kkonċernati."
    minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home