Tuesday, June 14, 2016

Is-serq mill-Kunsill Lokali tal-Belt….installati
CCTV u persuna se titressaq l-Qorti

Wara rapporti ta' serq mill-kunsill lokali tal-Belt Valletta, sar magħruf li ġew installati CCTV's fl-uffiċini kollha tal-istess kunsill.  L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u fil-jiem li ġejjin il-Pulizija se tressaq persuna l-Qorti.
Staqsa dwar dan id-Deputat Laburista Ettienne Grech, bil-Ministru Owen Bonniċi jwieġeb li "Kunsill Lokali tal-Belt Valletta informa lid-Direttur tal-Gvern Lokali bis-serqa li saret f'Diċembru li għadda. Il-Kunsill installa sistema ta’ CCTV fl-uffiċini kollha. L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja. Intant kien hemm ukoll persuna impjegata mal-Kunsill li kienet ukoll suspettata dwar serq wara li din il-persuna kienet irrappurtata minn kuntrattur. Il-Pulizija ser tressaq lil din il-persuna l-Qorti. Il- Kunsill informa mill-ewwel lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali bil-każ peress li ttermina l-impjieg tal-persuna. L-investigazzjoni tal-Pulizija, għadha għaddejja."
minn l-orizzont

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home