Friday, June 17, 2016

Il-Fortizza ta' Delimara... il-Gvern miftuħ għal kull suġġeriment

Waħda mill-fortizzi kbar ta' żmien l-Ingliżi hi bla dubju ta' xejn il-fortizza ta' Delimara. Fortizza li minn żmien għal żmien saru dikjarazzjonijiet dwar il-bżonn li ma tibqax mitluqa.
Staqsa dwar dan id-Deputat Nazzjonalista Karl Gouder, bil-Ministru Owen Bonnici jgħid li, "Il-fortizza ta’ Delimara hija post ta’ valur imprezzabbli u hija verament ħasra li tinsab fl-istat li tinsab. Il-verità hi li pajjizna għandu ġawhar storiċi mferrxin ma’ kull rokna tal-gżira u sa ftit ilu kien għad kellna l-iktar forti imponenti – Sant’Anġlu u Sant’Iermu – fi stat mitluq u abbandunat. Jaqbel miegħi l-interpellant li fl-aħħar snin ġbidna ħabel wieħed biex iktar siti jiġu restawrati. Intant il-Gvern jinsab miftuħ għal kull idea u suġġeriment dwar din il-fortizza."

Ritratt: Ian Noel Pace
minn inewsmalta.com


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home