Bandli ġodda fis-Siġġiewi... post għeri mis-siġar
Bandli ġodda fis-Siġġiewi li ġie inawgurat llum, qed joħloq ilmenti u rabja minn diversi persuni li għandhom għal qalbhom is-siġar f'pajjiżna. Għal darba oħra f'dan il-pajjiż sar proġett ieħor fejn rajna ammont ta' siġar jitqaċċtu u jitneħħew miż-żona. Issa li ġie inawgurat il-bandli wieħed jista' jara li dan il-post li kien imsebbaħ u mdellel minn diversi siġar, issa jinsab għeri għal kollox għajr grupp ta' siġar żgħar fuq wara. "Kemm se ndumu naraw proġetti li jwarrbu għal kollox is-siġar. Kemm se ndumu naraw proġetti karatterizzati mill-konkrit", qalilna persuna li għandu għal qalbu is-siġar. Dan il-bandli fis-Siġġiewi ftit tal-ġimgħat ilu kien ħoloq kontroversja fil-kunsill lokali u dan għax kienet ġiet ippreżentata mozzjoni dwar l-isem li għandu jingħata dan il-bandli ġdid fis-Siġġiewi. L-isem li kien intgħażel tqies bħala kontorversjali u kien ġie propost li jkunu tfal tal-iskola Primarja tas-Siġġiewi li jagħtu isem lil dan il-bandli. Din il-mozzjoni xejn ma niżlet tajjeb mas-Sindku Nazzjonalista Carol Aquilina.
Kien fi Frar tas-sena 2015, is-Sindku tas-Siġġiewi Dr Karol Aquilina ippropona li dawn il-bandli ġodda jissemmew 'Nalizpelra' li hi l-kelma li Maurice Tanti Burlo` kien juża bħala firma għal karikaturi tiegħu. Il-Kunsilliera Laburisti fis-Siġġiewi kienu ppreżentaw mozzjoni fis-seduta tal-Kunsill biex jipproponu li l-isem jinbidel. Dan għall-fatt li dan l-isem ma' intgħoġobx ma' ħafna Siġġiwin, kemm għax hu isem diffiċli u ambigwu, kif ukoll għall-fatt li dan l-isem fih konnotazzjonijiet politiċi minħabba li l-mibki karikaturista Maurice Tanti Burlo`kien ta dan l-isem għall-karikaturi li kien ipinġi kontra Mintoff u l-Gvernijiet tiegħu fis-snin 70 u l-80.
Aktar minn hekk nemmnu li hemm personaġġi oħra li storikament u kulturalment huma aktar assoċjati mar-raħal tas-Siġġiewi. Dan qed ngħiduh bl-ebda disprezz lejn il-personalità ta' Maurice Tanti Burlo", kien qalilna wieħed mill-kunsilliera. Kien ġie propost li ssir kompetizzjoni għall-istudenti ta' l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi fejn ikunu l-istess tfal li jippropnu isem għal dawn il-bandli ġodda, minflok inkunu aħna bħala kunsill li nippersistu fuq dan l-istess isem. Din il-mozzjoni m'għaddietx.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home