Kristy Debono titlob li jiġu investigati l-allegazzjonijiet dwar Alfred Mifsud
Id-Deputata Nazzjonalista Kristy Debono, fid-dibattitu parlamentari dwar l-abbozz ta' liġi għal kontabilità u trasparenza fil-professjoni ta' awdituri, appellat biex issir investigazzjonijiet dwar l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront ta' Alfred Mifsud. Mifsud se jkun il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali mill-1 ta' Lulju li ġej. Kristy Debono qalet li din l-investigazzjoni għandha ssir għax Mifsud mhux biss se jkun appuntat fil-pożizzjoni ta' Gvernatur imma dan anke se jirrappreżenta lil Malta fuq livell internazzjonali.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home