Spezzjonijiet fuq bastimenti fil-Mediterran għal armi illegali lejn il-Libja
Il-bastimenti navali tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li jinsabu barra ibħra Libjani f'missjonijiet ta' salvataġġ ta' immigranti, issa se jkunu jistgħu jibdew jagħmlu spezzjonijiet fuq bastimenti. Dan se jsir b'rabta ma' ġarr u trasport ta' armi illegali lejn u mil-Libja. Dan ġie deċiż fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. Waqt li kkundannaw it-trasport ta' armi lejn il-Libja, liema armi qed jispiċċaw anki f'idejn gruppi terroristiċi, ġie awtorizzat li jsiru spezzjonijiet abbord bastimenti. Dan se jsir għal perjodu ta' xejn inqas minn 12-il xahar. Il-Kunsill qal li l-ispezzjonijiet se jkunu awtorizzati wara li jkun ingħata permess mill-Istat li l-bastiment ikun reġistrat miegħu. Saret sejħa lill-pajjiżi li jirreġistraw il-bastimenti magħhom biex jikkoperaw dwar dawn l-ispezzjonijiet. Il-kunsill esprima it-tħassib tiegħu lis-sitwazzjoni fil-Libja hu karatterizzata minn kuntrabandu ta' armi illegali. Ġie espress tħassib li dawn l-istess armi qed jispiċċaw f'idejn gruppi terroristiċi inkluż dawk tal-Istat Iżlamiku. inewsmalta.com talbet reazzjoni mingħand Transport Malta dwar dan il-pass, bir-risposta tagħhom tkun li "minħabba li din hija kwistjoni ta’ sigurtà nazzjonali, jekk jogħġbok irreferi l-mistoqsijiet tiegħek lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin."
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home