Friday, June 17, 2016


Miżbliet f'għelieqi u plots f'kontroversja sħiħa fil-Parlament... 'Aqbdu l-barri minn qrunu'
 
Fost l-irħula u bliet tagħna nsibu diversi żoni, għelieqi u plots li jispiċċaw miżbla b'kull tip ta' skart goff u skart ieħor. Xi snin ilu kienet iddaħħlet il-miżura li s-siti jitnaddfu, jinbena ħajt u l-MEPA tħallas lill-kunsill biex imbagħad meta ssir applikazzjoni fuq dak is-sit, is-sid iħallas tal-ispejjeż kollha bl-imgħax.
Fil-Parlament illejla qamet kontroversja sħiħa dwar dan u dan hekk kif membri tal-Oppożizzjoni bdew jistaqsu jekk waqfitx l-iskema li kienet saret mill-Gvern preċedenti, waqt li għan-naħa tal-Gvern, il-Ministru Owen Bonnici qal li hemm diversi artijiet li mhux faċli tkun taf ta' min huma. Qal li se jivverifika jekk waqfitx is-sistema li kien hemm qabel. Hu ddikjara li biex din tissolva hemm bżonn li r-reġistru tal-artijiet u r-reġistru pubbliku isiru reġistru wieħed.
Id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea saħaq li l-Gvern għandu jaqbad il-barri minn qrunu u joffri soluzzjonijiet għal dawn il-plots u artijiet. Id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea staqsa jekk il-Gvern jistax isabbat saqajh u jibni l-ħitan hu. I
l-Ministru Owen Bonnici qal li, "Id-diffikultà tal-proċedura biex tagħmel ħajt hi li jekk is-sid ma tafx min hu, il-kunsill se jkun nefaq il-flus biex inaddafha u flusu ma jiġborhomx. Jekk tonfoq flus biex issebbaħ proprjetà privata ma trid xejn biex iqum xi ħadd u jgħid li ntefqu flus pubbliċi biex issebħet proprjetà privata. Kollox idur mal-fatt li xi darba f'Malta ir-reġistru pubbliku u tal-artijiet ikun reġistru wieħed u tkun taf fi żmien qasir. Jekk is-sid ma jnaddafx jiskatta l-mekkaniżmu li kien daħħal il-gvern preċedenti.”


Id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li jippretendi li xi ħadd jaqbad il-barra minn qrunu u tinstab soluzzjoni. Il-Ministru Bonnici wieġeb li, "Jekk hi proprjetà tal-privat b'xi mod u bi tbatija tista' ssib min hu sid il-proprjetà. Fejn proprjetà tkun individwata tidħol fis-seħħ is-sistema li għamel il-Gvern preċedenti. Fejn proprjetà mhix indikata ta' min hi hemm żewġ kwistjonijiet fosthom dik li qed tuża flus il-poplu fi proprjetà privata u li se tonfoq flus li mhux se tiġborhom. L-appell dejjem għandu jkun li s-sidien jieħdu ħsieb il-proprjetajiet. Mhux sew li tmur timxi u ssib skart u ġrieden ħerġin minn kullimkien." I
d-Deputat Nazzjonalista George Pullicino qal li, "Illum kunsill lokali m'għandux il-possibilità biex dawk il-flus li jkun ħareġ biex inaddaf għalqa jew plot u jittella' l-ħajt. Dan il-Gvern intenzjonat li juża din is-sistema?"
Il-Ministru Owen Bonnici qal li se jivverfiika jekk waqfitx il-politika li kien hemm.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home