Friday, June 17, 2016

Il-ħruq ta' żona bil-ħarrub fil-Baħrija... jitlesta rapport u jingħata lid-Dipartiment tal-Ambjent

Hekk kif dalgħodu fil-post magħruf bħala 'Tan-Namura' fil-Baħrija marru żewġ uffiċjali mid-Dipartiment tal-Iżvilupp Rurali biex jinvestigaw il-ħruq li seħħ ftit jiem ilu, tlesta r-rapport dwar dan l-inċident u dan ingħata lid-Direttorat għall-Ambjent.
Bir-rapport jindika li n-nirien bdew minn żona partikolari, issa kollox hu f'idejn id-Direttorat għall-Ambjent biex isiru aktar investigazzjonijiet. Mhux eskluż li tista' tintalab l-għajnuna tal-Pulizija. Ir-rapport qed jgħid li n-nar kien inkontrollabbli u li dan wassal biex infirex sew fiż-żona li fiha hemm diversi siġar.


minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home