Saturday, June 25, 2016

"Ħriġt il-mowbajl u ma ridtx nitlef dak il-mument ta' fekruna tgħum f'Wied l-Għasri" - Aleksa Ristovic

Qatt m'għaddielu minn rasu li mawra sa Wied l-Għasri f'Għawdex kienet se twasslu biex jara quddiem għajnejh waħda mill-isbaħ kreaturi tal-baħar.
Tista' tgħid li ma setax jemmen lil għajnejh meta ra l-mewġ tal-baħar qed iġorr miegħu xi ħaġa kannella. Baqa' jsegwi u ra li kienet fekruna tal-baħar. Sorpriż għall-aħħar, hu ħareġ il-mowbajl u ma tilifx mument wieħed sakemm il-fekruna reġgħet ħarġet 'il barra u għebet mal-mewġ.
inewsmalta.com għamel kuntatt ma' Aleksa Ristovic, u qalilna li, "Jien personalment inħobb nesplora kull rokna ta' post ġdid li nkun żort. Jien nħobb ħafna n-natura. Xħin rajt dik il-kreatura ma ridtx nitlef mument. Dehret għal xi ħin f'diffikultà minħabba l-mewġ qawwi. Imma rnexxielha toħroġ 'il barra."

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home