Klieb li jivvjaġġaw fuq il-katamaran qed jitħallew fil-garaxx fis-sħana
• Persuni jew familji li jtellgħu klieb magħhom għal vaganza fi Sqallija qed jispiċċaw ikollhom iħallu dawk il-klieb fil-garaxx tal-katamaran, fejn ikun hemm sħana kbira b'mod partikolari f'dawn iż-żminijiet. Il-kwistjoni tqajmet fil-Parlament illejla, fejn issemma l-punt li dawk il-klieb mhux biss qed ibatu imma għandhom riskju li jmutu b'dik li tissejjaħ 'heat stroke'. Il-Ministru Josè Herrera ddikjara li dwar dan għaddejja ħidma biex ikun hemm politika ċara biex l-operatur jassigura l-aħjar kundizzjonijiet ta' ħarsien għall-annimali waqt it-traġitt bil-baħar. Il-kwistjoni tqajmet mid-Deputat Nazzjonalista Mario Galea, li ddeskriva dan bħala każ ta' moħqrija ta' annimali.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home