Aġġornat: Jum ta' salvataġġi...l-immigranti salvati telgħu għal 4,500 persuna
20:00 Matul il-ġurnata tal-Hamis l-ammont ta’ immigranti salvati mir-rotta taċ-ċentru tal-Mediterran, jiġifieri dik bejn il-Libja u Sqallija, telgħu għal xejn inqas minn 4,500 persuna. Il-Gwardi tal-Kosta Taljani ħabbru dan ftit ħin ilu, fejn iddikjara li jidher li ħafna persuni telqu mil-Libja hekk kif fl-aħħar jiem it-temp kien wieħed tajjeb biex isiru vjaġġi fuq il-baħar. Il-kelliem qal li b’kollox matul il-ġurnata ta’ llum saru 40 operazzjoni ta’ salvataġġ. F’dawn is-salvataġġi kien hemm persuna li nstabet mejta fuq dinghi. Il-parti l-kbira tal-immigranti kienu qed jivvjaġġaw fuq dinghies. Aktar qabel: "Dan hu jum li qatt mhu se ninsieh. Il-bastiment hu mimli persuni salvati". Dan jiddikjarah Sebastian Stein wieħed mill-persuni li jinsab abbord il-bastiment Argos immexxi minn Medecins Sans Frontieres li fl-aħħar sigħat kienu involuti f'għadd kbir ta' salvataġġi. Filfatt f'temp ta' ftit sigħat il-bastiment Argos ta' Medecins Sans Frontieres salva xejn inqas minn ħdax-il dgħajsa mimlijin bl-immigranti. B'kollox ġew salvati kważi 1,200 persuna. Voluntieri li qegħdin abbord il-bastiment jiddeskrivu s-sitwazzjoni bħala li 'qed naraw dgħajsa wara dgħajsa".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home