Il-waqgħa tal-istatwa fil-Qrendi... 'Għadna qed nevalwaw il-ħsara...kellha aktar minn mitt sena'
Hekk kif għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet marbutin mal-waqgħa tal-istatwa tal-Papa Piju IX fejn qed jingħad li din waqgħet minn fuq il-pedestall wara li ntalqtet minn karozza, saret evalwazzjoni tal-ħsara li ġarrbet l-istatwa fejn rasha inqalgħet minn postha.- Is-Segretarju tal-Banda Lourdes, John Vella meta tkellem magħna
qalilna li "ninsabu f'kuntatti ma' skultur Għawdxi. Qed nevalwaw
il-ħsara u qed nesploraw l-possibilità ta' jekk tistax tissewwa".
Hu spjegalna li skont anzjani fl-istess raħal, dik l-istatwa tal-Papa Piju IX għandha madwar mitt sena. Intant is-Socjeta' Filarmonika Lourdes irringrazzjaw lil kullhadd tas-solidarjetà, filwaqt li talbu l-koperazzjoni minn kull min għandu informazzjoni billi jikkuntattja lill-Pulizija.
"Nitolbu ukoll sabiex kulħadd jikkopera u ma jċaqlaqx barrikati meta triq tkun magħluqa sabiex ma jsirux aktar accidenti. Ejjew niftakru li dan hu wirt missirijietna".
Mill-banda l-oħra, is-Soċjetà Mużikali Santa Marija tissimpatizza mas-Soċjetà Filarmonika Lourdes għall-inċident li seħħ aktar kmieni meta jidher li xi ħadd laqat il-pedestall tal-Papa, b'konsegwenza li dan waqa' għal isfel u saritlu ħsara kbira. Is-Soċjeta' Mużikali Santa Marija ħeġġet ukoll lil dawk kollha li setgħu raw jew semgħu xi ħaġa fil-ħin tal-inċident biex ikellmu lill-awtoritajiet konċernati biex jissolva dan il-każ.
Is-Soċjeta' Mużikali Santa Marija ħeġġet lil kulħadd sabiex napprezzaw aktar il-patrimonju tal-armar li għandna fir-raħal tagħna, ikun ta' liema festa jkun.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home