Wednesday, July 6, 2016

Jagħtih xebgħa papali u jiksirlu idu

Raġel ta' 55 sena għadda mill-agħar esperjenza ta' ħajtu hekk kif spiċċa vittma ta' vjolenza f'daru stess minn persuna oħra. Ir-raġel Malti mhux biss spiċċa b'id miksura imma kellu wkoll marki u feriti f'dahru konsegwenza tax-xebgħa li qala'. Il-każ kien rappurtat lill-Pulizija, li qed jinvestigaw.

inewsmalta.com għamel kuntatt ma' dan ir-raġel, li aċċetta li jitkellem dwar ix-xebgħa li qala' bil-kundizzjoni tal-anonimità.

Ir-raġel, li anke kelli jieħu kura fl-Isptar Mater Dei, qalilna li, "Kien il-Ħadd għall-ħabta tas-1.00 p.m. Kelli argument żgħir fuq il-kelma 'Iżlam'. Ġara li l-persuna l-oħra ntilfet u bdiet tagħtini. Dan qisu ntilef minn sensih. Spiċċajt kelli mmur il-poliklinika. L-uġigħ kien wieħed kbir u spiċċajt l-isptar, tant li sabu li għandi għadma tal-polz miksura waqt li għandi tiċrita fil-muskolu ta' dahri."

Jidher li l-investigazzjonijiet qegħdin iduru ma' persuna ta' 29 sena.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home