Jitlesta r-restawr tal-Loġġa tal-Palju fir-Rabat
Binja storika magħrufa bħala l-Loġġa tal-Palju, u li kienet ilha snin mitluqa, issa tinsab lesta mir-restawr.
Din il-loġġa, li tinsab taħt it-telgħa tas-Saqqajja, hi
marbuta mill-qrib mal-festa tal-Imnarja. Fil-fatt din il-festa tibda
bil-qari tal-bandu mis-Saqqajja u barra l-wirja agrikola ifil-Buskett
ikun hemm it-tiġrijiet tal-bhejjem taħt is-Saqqajja.
Dawn it-tiġrijiet huma parti importanti mill-festa
tal-Imnarja u sekli ilu kien imur il-Gran Mastru biex isegwihom.
Fil-fatt kien għall-kumdità tal-Gran Mastru li kienet inbniet din
il-loġġa.
Il-loġġa kienet saritilha ħsara minħabba l-umdità li tiġi
mill-art kif ukoll mit-triq. Kien hemm problemi fis-saqaf minħabba
l-ilma tax-xita. Snin ta' abbandun kienu wasslu għal ħsara
konsiderevoli ta' natura strutturali.
Ix-xogħol kollu sar minn ħaddiema tad-Direttorat
tar-Restawr fi żmien tmien xhur. In-nefqa fuq il-materjal laħħqet
is-somma ta' €12,600.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home