Thursday, July 7, 2016

Bla faċilitajiet f'pajjiżna għal tfal li jkunu missew mal-kriminalità

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, fl-intervent tiegħu fil-Parlament illejla qal li, "Bħalissa m'għandniex faċilitajiet fejn nieħdu ħsieb tfal li jkunu missew mal-kriminalità. Anki li tibgħathom fit-taqsima tal-YOURS mhix idea tajba, għax kif tista' tħallat tfal ta' 13-il sena ma' oħrajn ta' 22 sena?"
    "Għandna bżonn li naraw x'inhuma s-servizzi kollha li jeżistu, naraw x'inhuma n-nuqqasijiet u naraw x'inhuma l-bżonnijiet. Kwistjoni kbira li qed tiżdied fis-soċjetà tagħna hi s-saħħa mentali ta' tfal. Għandna minoranza ta' tfal li rridu naraw kif ngħinuhom u nieħdu ħsiebhom," sostna l-Ministru Bartolo.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home