Turf artifiċjali flok naturali fil-park tas-Salini... żvilupp ta' spazji addizzjonali
Id-dehra ta' turf niexef fil-park tas-Salini kienet trattata f'mistoqsija Parlamentari mid-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea. Il-Ministru għall-Ambjent, Josè Herrera, spjega li se jkun hemm spazji addizzjonali u li flok turf naturali se jkun hemm turf artifiċjali.
Il-Ministru Herrera qal li x-xogħol ta’ tisbiħ li
mistenni jsir fix-xhur li ġejjin ġewwa l-Park tas-Salina jinkludi
żvilupp ta’ spazji addizzjonali fejn ser jitwaħħal apparat tal-logħob
għat-tfal, installar ta’ dwal ġodda simili għal dawk li saru ġewwa
Kennedy Grove, u tqegħid ta’ turf artifiċjali. Iż-żona indikata se tiġi
miksija b'turf artifiċjali.
Il-Ministru żied jgħid li meta wieħed jiġi biex
jiddeċiedi dwar tqegħid ta’ turf naturali hemm bosta fatturi li jkun
irid jikkonsidra, fosthom: l-impatt mill-pubbliku li jżur il-Park,
il-kwantità u kwalità ta’ ilma disponibbli u spejjeż oħra ta’
fertilizzant, biex ma nsemmux ix-xogħol ta’ manteniment kontinwu
speċjalment f’żoni tant frekwentati.
L-ilma tal-ġibjun mhuwiex tajjeb għat-tisqija tat-turf
minħabba l-kwalità inferjuri peress li huwa ilma li jinġabar mit-triq,
iżda dan xorta waħda jintuża għat-tisqija tas-siġar kollha li hemm ġewwa
dan il-park, speċjalment dawk li jkunu għadhom fl-ewwel snin ta’
żvilupp. Tali xogħol isir minn ħaddiema tal-Parks.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home