Thursday, July 7, 2016


Iċ-child care centres għandhom ikunu għal 24 siegħa kuljum u bla ħlas - Marlene Farrugia

Id-Deputata Indipendenti Marlene Farrugia meta tkellmet fil-Parlament qalet li jekk jista' jkun iċ-child care centres għandhom ikunu għal 24 siegħa u bla ħlas.
    "Imma li titfa' lit-tfal f'child care centre biex tkompli bil-professjoni tiegħek mhux neċessarjament fl-interess tat-tfal. It-tfal fi żmien bikri rridu nkunu ċerti li qed nagħtuhom ħin biżżejjed u identità ta' familja,” enfasizzat Farrugia.
    Kompliet tgħid li, "Jekk hemm familji li jridu jibqgħu d-dar mat-tfal, ejja naraw kif se ngħinuhom jagħmlu dan." Qalet ukoll li ,"Il-liġi hi xi ħaġa tajba, għax hemm xi ħadd li qed jara kif se jaqbad it-truf li wiret. Il-fatt li għandna abbozz ta' liġi li biha se nibdew nindirizzaw in-nuqqasijiet hu tajjeb, imma liġi waħidha mhix biżżejjed. Nipproponi li meta tkun diskussa politika ġdida, għandna naraw kif din se taffettwa lit-tfal tagħna. Issa jekk iddeċidejt li ttella' skycrapers bla pjan, inti qed tagħmel impatt fuq it-tfal, anke fuq saħħithom."

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home