'Bħala kunsill ressaqna l-ilmenti lill-awtoritajiet fuq il-knisja ta' San Ġwann t'Għuxa'
- L-istat xejn tajjeb li jinsab fih is-saqaf tal-knisja ta' San Ġwann
t'Għuxa f'Bormla tressaq quddiem il-kunsill lokali u dan bil-għan li
finalment jinbeda intervent ta' restawr. Is-Sindku ta' Bormla, Alison
Zerafa Civelli, meta kkuntattjata minn inewsmalta.com qaltilna li, "Kien
hemm diversi residenti li ressqu l-ilmenti mal-kunsill dwar l-istat
tas-saqaf. Min-naħa tagħna ressaqna l-ilmenti tar-residenti għand
l-awtoritajiet."
Intant wara li fil-ġurnal 'it-Torċa' ixxandar rapport dwar l-istat ta' din il-knisja, jidher li hemm diskussjonijiet biex finalment fi żmien mhux 'il bogħod din il-knisja tkun restawrata. Il-knisja ta' San Ġwann t'Għuxa għandha saqaf troll u l-pjanta tagħha hi rettangolari. Is-saqaf jistrieħ fuq arkati nofs tondi. Din il-knisja tintuża regolarment minn għadd ta' nies. Fl-aħħar xhur kibru il-problemi li ilha tiffaċċja din il-knisja minħabba konsenturi fis-saqaf. Is-saqaf tal-knisja qed ifaqqa' u regolarment qed jinstabu biċċiet tal-ġebel, id-daqs ta' ponn ta' persuna.
Jidher li saru diversi talbiet biex isir ir-restawr meħtieġ. Biss sa issa dan baqa' ma sarx. Persuni li jiffrekwentaw din il-knisja meta kienu tkellmu magħna qalulna li, "Qed nisimgħu b'ħafna proġetti ta' restawr. Proġetti li huma tajbin għax nikkonservaw dak li għandna. Nistennew imma li finalment l-awtoritajiet jagħtu kas it-talbiet li saru għar-restawr ta' din il-knisja. F'Jannar li għadda rajna roqgħa żgħira ġdida fis-ġdida. Sal-lum din ir-roqgħa kibret daqs bniedem. Jekk l-affarijiet jiggravaw, din il-knisja ma tkunx tista' tintuża aktar."
Dawra mal-knisja wrietna li l-ġebla tagħha hi fraġli ħafna minħabba l-umdità. Hemm partijiet minnha li fihom tara għadd ta' għeruq ċkejknin.
Stajna naraw li f'parti mis-saqaf hemm biċċiet imfarrkin sew u konsenturi. Din il-knisja nbniet meta bnew jinbnew is-swar ta' Bormla. Kien ħallas għaliha l-Pirjol Fra Pietru Viany fis-sena 1682. Din id-data tinsab imnaqqxa taħt is-salib ta' tmien ponot tal-Kavallieri li hemm skolpit fuq il-bieb tal-knisja. Oriġinarjament ma' din il-knisja kien hemm hemm palazz iżda dan kien iġġarraf fi żmien il-gwerra.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home