Monday, July 11, 2016

Nammetti li fl-aħħar snin naqas ir-rispett reċiproku bejn il-Parlamentari

      - id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi



Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi faħħar l-emendi li qed isiru u qal li dawn se jtejbu l-abbozz dwar ħarsien fil-ħajja pubblika. 

Iddikjara iżda li "irrid nammetti li matul dawn l-aħħar ftit snin, ir-rispett reċiproku naqas qatiegħ. Qed jintuża lingwaġġ li sa ftit żmien ilu ma kinux isiru. Jekk xejn, dan l-abbozz ta' liġi għandu jkun xprunat mill-ambizzjoni tagħna ilkoll li nnisslu l-fiduċja tan-nies mill-ġdid fil-politika. Jalla l-politika terġa' twarrad. Hemm bżonn li dan isir. Kumment li jweġġa' hu meta tisma' lil xi ħadd jgħid 'm'hemmx x'tagħżel bejniethom".
 

Id-Deputat Nazzjonalista kompla jgħid li "għajb li l-kuntratturi li qed jingħataw juru obbligazzjonijiet moħbija". 

Waqt li qal dan spjega li l-mibki l-Professur Guide de Marco kien qallu biex fil-politika ma jkun obbligat lejn ħadd biex subgħajh ikunu jista' jippuntaw lejn fejn hemm bżonn.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home