Tuesday, July 12, 2016

Joseph... fl-età ta' xahar salvat minn għarqa

L-bierah filgħodu kienet waħda impenjattiva ħafna għal wieħed mill-bastiment ta' Medecins Sans Frontieres (MSF) u dan hekk kif twettqu tliet salvataġġi ta' migranti. B'kollox ġew salvati 420 persuna.
Fost dawk salvati kien hemm tarbija ta' xahar biss, bl-isem ta' Joseph (jidher f'nofs ir-ritratt). F'wieħed mis-salvataġġi, dak li sar fis-sebgħa ta' filgħodu, kien hemm 30 mara u erbat itfal żgħar.
Min-naħa tagħhom il-Migrant Offshore Aid Station (MOAS) qalu li wettqu salvataġġ ta' madwar 400 persuna. F'din l-operazzjoni ttellgħu erba' katavri ta' nies li mietu fgati fl-istiva tad-dgħajsa tas-sajd li kienu fiha.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home