Tuesday, July 12, 2016

Jitfgħu parit ftit metri bogħod minn moll fejn jgħumu n-nies

Fost is-sitwazzjonijiet li jdejqu lill-għawwiema ,għax itellfulhom il-gost tal-għawm matul ix-xhur tas-sajf, hemm dik ta' baħar maħmuġ jew inkella l-preżenza tal-bram. Imma hemm ukoll sitwazzjonijiet oħra li jaffettwaw lill-għawwiema u anke jistgħu joħolqu periklu.
Sitwazzjoni simili esperjenzawha għadd ta' għawwiema f'Wied il-Għajn, li marru fl-inħawi ta' fejn kien hemm il-lukanda Jerma. B'sorpriża għalihom f'ħin minnhom raw dgħajsa tersaq lejhom u minn ftit metri biss bogħod mix-xatt beda jiġi kalat parit, li permess tiegħu jinqabdu l-ħut.
Għawwiem qalilna li, "Dan hu ta' periklu għax ġie kalat ftit metri biss bogħod mill-moll. Għall-inqas konna nippretendu li jintefa' aktar 'il barra.”
Għawwiem ieħor irrimarka li fil-post ma hemmx tabelli li jindikaw li din hi żona għall-għawm u għalhekk issuġġerixxa lill-awtoritajiet kompetenti biex dawn isiru.
minn inewsmalta.com


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home