Apoloġija minn Antvin Monseigneur għall-kumment dwar il-kulur tal-ġilda ta' plejers Franċiżi
Il-ġurnalist Antvin Monseigneur għamel apoloġija għall-kumment li kien għadda fuq Facebook dwar il-kulur tal-ġilda ta' plejers tal-futbol Franċiżi, liema kumment kien ġab rabja miċ-Ċermen ta' One, Jason Micallef, u anke kundanna mill-Ministeru tas-Saħħa li miegħu jaħdem Monsigneur. Monseigneur iddikjara fuq is-sit tiegħu li, "Irrid b’sinċerità nesprimi d-dispjaċir tiegħi għar-reazzjoni u l-attenzjoni negattiva li attira kumment li deher fuq il-paġna tiegħi ta' Facebook. Nassigura lil kulħadd li l-ħsieb, l-intenzjoni u l-għan wara dan il-kumment kien purament ta’ natura sportiva u ma kellu l-ebda skop li jistimula jew jinċita xi diskussjoni, kummenti jew sentimenti razzjali, etniċi, reliġjużi jew politiċi. Madanakollu, nifhem li seta’ b’xi mod jingħata interpretazzjoni li tmur lil hin mill-ħsieb, sentiment u l-għan tiegħi. Għaldaqstant, qiegħed nagħmel apoloġija bla kundizzjoni lil kulħadd." Monseigneur kien tefa' ritratt tat-timijiet Franċiżi tas-sena 1982 u tal-2016. Huwa kiteb li l-fatt li issa hemm aktar plejers b'karnaġjon skur fit-tim Franċiż juri li lil dawn ħarqithom ix-xemx. Fi kliem Monseigneur, "It-tim tal-futbol ta' Franza tal-1982 u tal-2016... innutaw id-differenza... għamlet ħafna xemx fi Franza."
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home