Wednesday, July 13, 2016

"Ma nistgħux nwasslu messaġġ li l-politika hi
maħmuġa għax il-politika hi nadifa"
       - il-Ministru Carmelo Abela


Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, fid-dibattitu fil-Parlament qal li, "Fejn tidħol trasparenza tajba u governanza tajba, dan il-gvern illeġiżla. Din hi liġi mill-politiċi għall-politiċi. Naqbel ma' min jgħid li aħna qegħdin hawn biex inservu l-poplu u l-pajjiż. Il-maġġoranza tal-politiċi jidħlu fil-politika b'dan l-animu. Ma nistgħux inwasslu messaġġ li l-politika hi maħmuġa għax il-politika hi nadifa."
Kompla jgħid li, "Clyde Puli qal li l-fiduċja kompliet titnaqqar fl-aħħar tliet snin u dan ifisser li din bdiet titnaqqar fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti. Fejn jidħlu liġijiet fuq il-politiċi ,din in-naħa għamlet bil-wisq aktar mill-amministrazzjoni ta' qabel."

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home