L-Oppożizzjoni se tivvota favur l-abbozz ta' liġi dwar standards fil-ħajja pubblika
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tivvota favur l-abbozz ta' liġi dwar l-Standards fil-Ħajja Pubblika. Bid-diskussjoni tiffoka fuq kemm hu bżonnjuż li terġa' tiddaħħal il-fiduċja fost il-politiċi f'Malta, bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni saru diversi laqgħat fl-aħħar xhur dwar dan l-abbozz. Kelliema tal-Oppożizzjoni rrimarkaw kif hemm miżuri f'dan l-abbozz li huma qrib dak propost f'White Paper li kien ħareġ il-Gvern fis-sena 2012.
L-istess kelliema spjegaw kif il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil kien ressaq mozzjoni fil-Parlament biex fost oħrajn jnħatar Kummissarju għall-Istandards u Kumitat Permanenti tal-Kamra dwar dan il-għan ukoll. Id-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli ddikjara li l-Oppożizzjoni se tivvota favur iżda qal li ma jistax jifhem kif partit li kien għamel plejtu fuq arloġġ tal-lira li ngħata ministru ma jara xejn ħażin f'ministru li jkollu kont fil-Panama.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home