Iċ-ċittadinanza b'investiment u x-xiri ta' proprjetà ta' valur għoli...
Il-barranin li qed japplikaw għaċ-ċittadinanza qed jintalbu
evalwazzjoni minn perit tal-proprjetà
Quddiem rapporti li kien qed ikun hemm persuni barranin li applikaw għaċ-ċittadinanza b'investiment iżda dawn xtraw jew krew proprjetà li mhix tal-valur stipulat mill-Gvern iżda hi ta' valur ħafna inqas, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi qal li hu konxju minn dawn ir-rapporti. Qal ukoll li issa ma' kull applikazzjoni, il-persuni barranin li japplikaw għaċ-ċittadinanza qed jintalbu evalwazzjoni fuq il-kirja tal-binja, jew inkella f'każ ta' xiri evalwazzjoni minn perit tal-proprjetà li xtraw. Dan biex ikun żgurat li l-proprjetà hi tal-valur li hemm rikjest.
Il-Ministru Bonniċi talab dettalji lid-Deputata Nazzjonalista Kristy Debono dwar allegazzjonijiet li hi għamlet fl-aġġornament tal-Parlament. Hi qalet li hemm residenti li ma taw ebda awtoritazzjoni lil barranin biex jużaw l-indirizz ta' fejn qed jgħixu huma, imma dawn qed jispiċċaw jirċievu ittra minn Identity Malta. Il-Ministru Owen Bonniċi qal li mindu twaqqfet Identity Malta qed jintalab il-kuntratt tar-residenza.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home