Wednesday, July 13, 2016

"Nazzarda ngħid li hawn maġġoranza tal-poplu li jħossuhom traduti mill-Gvern"

      - Beppe Fenech Adami


Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal fil-Parlament li qed ngħixu f'mument fejn qed tonqos il-fiduċja fil-politiċi. Qal li l-poplu Malti jistenna ħafna mill-mod kif il-politiċi għandhom iġibu ruħhom. Hu kompla jgħid li, "F'din it-tielet sena tal-leġiżlatura nazzarda ngħid li hawn maġġoranza tal-poplu Malti li tħossha traduta. Dan għax kien hemm wisq min daħak bihom fl-aħħar kampanja elettorali. Hemm faxxa kbira tal-poplu li tħossha traduta u li l-fiduċja li tat lill-partit li jmexxi l-Gvern ma ġietx imsarrfa f'dak li wiegħdet."

Kompla jgħid li dan il-Gvern kiser il-wegħda tat-trasparenza u tal-meritokrazija, u li għal dan il-Gvern il-flus saru alla. Hu kkritika l-fatt li persuni Ċiniżi, Russi u mill-Ġordan applikaw għaċ-ċittadinanza u kienu se jingħataw id-dritt tal-vot mingħajr ma ġew f'pajjiżna. Qal li dan id-dritt twaqqaf grazzi għall-Partit Nazzjonalista. Hu ddikjara li f'Identity Malta qed isiru abbużi kbar u ddeskrivieha bħala waħda mill-aktar istituzzjonijiet korrotti fil-pajjiż.


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home