"X'qed nistennew, xi traġedja?" ...petizzjoni biex jinbidlu r-regolamenti dwar kalar ta' pariti
"X'qed nistennew biex tittieħed azzjoni? Qed nistennew xi traġedja? Nittamaw li fl-aħħar is-sens komun jipprevali". Dan qed jingħad f'petizzjoni li qed tinġabar u li tikkonċerna l-kalar ta' pariti tas-sajd qrib ħafna tal-blat, b'mod partikolari qrib żoni li huma frekwentati minn diversi persuni biex jgħumu fihom. Il-petizzjoni bdiet tinġabar wara li qrib is-sit ta' fejn kien hemm il-lukanda Jerma, waqt li kien hemm diversi nies jgħumu, resqet dgħajsa u bdiet tkala parit ħafna qrib tax-xatt. Ħafna minn dawk preżenti bdew jilmentaw mir-riskju ta' periklu li toħloq ix-xibka għall-għawwiema. Il-petizzjoni qed titlob li jkun hemm emendi għal leġislazzjoni dwar dan il-qasam, fejn intqal li l-aħħar reviżjoni saret fis-sena 1993 jiġifieri 23 sena ilu.
Din il-petizzjoni qed titlob l-attenzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat, tal-Ministru għall-Ambjent, Josè Herrera u tas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes. Għawwiem li kien tkellem magħna dwar il-kalar tal-parit qrib ix-xatt f'żona f'Wied il-Għajn, kien qalilna li "dan hu ta' periklu għax ġie kalat ftit metri biss bogħod mill-moll. Għall-inqas konna nippretendu li jintefa' aktar 'il barra.” Għawwiem ieħor kien irrimarka li fil-post ma hemmx tabelli li jindikaw li din hi żona għall-għawm u għalhekk issuġġerixxa lill-awtoritajiet kompetenti biex dawn isiru.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home