Thursday, July 14, 2016

Għamel barbikju u ħalla kollox fuq il-post fi Triq il-Kosta

Sfortunatament minn jum għal ieħor nibqgħu nisimgħu b'każijiet ta' rimi ta' skart jew oġġetti oħra f'postijiet pubbliċi. Minkejja żieda fl-isforzi biex il-pajjiż jinżamm nadif, xorta qed nibqgħu b'każijiet regolari ta' rimi ta' skart. 

Fl-aħħar jumejn, żoni f'Buġibba kienu litteralment miżbla b'bankini imblukkati b'kull tip ta' skart.
Ħafna huma dawk li qed jargumentaw fuq il-bżonn ta' żieda fl-infurzar.
Dalgħodu kien hemm każ fejn persuna jew persuni, wara li għamlu barbikju f'żona fi Triq il-Kosta fis-Salini, għal raġuni li jafu huma biss ħallew kollox abbandunat fuq il-post - kemm it-tapiti kbar li użaw kif ukoll l-apparat imsaddad li bih sar il-barbikju.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home