Thursday, July 14, 2016

'Liġi skandluża'... gidba li se jitneħħa l-poter minn idejn il-Gvern
           -  Francis Zammit Dimech


Meta fil-Parlament kompliet id-diskussjoni fuq l-abbozz ta' liġi dwar it-twaqqif ta' Awtorità tal-Artijiet, f'intervent li sar mid-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech hu kkritika bl-aħrax it-twaqqif ta' din l-awtorità li se tkun qed tieħu post id-Dipartiment tal-Artijiet.
Zammit Dimech iddeskrivieha bħala "liġi skandaluża'". Iddikjara wkoll li mhux minnu li b'din il-liġi se jitneħħa l-poter minn idejn il-Gvern u kkwota partijiet mil-liġijiet li qal li juru li l-poter se jibqa' f'idejn il-Gvern, li saħansitra se jkollu l-poter li anke jieħu lura f'idejh ċerti funzjonijiet ta' din l-istess awtorità.

Francis Zammit Dimech qal li hi gidba assoluta li l-Gvern b'din il-liġi se jkun qed ineħħi l-poter minn idejh. Qal ukoll li dan tant hu minnu li l-abbozz qed jipproponi li l-Ministru għandu dritt jagħti l-ordnijiet. Kompla jgħid li jekk awtorità tħoss li hemm direttiva tal-Gvern li m'għandhiex issegwiha, u kieku veru hawn indipendenza u Gvern trasparenti, il-Gvern joqgħod pass lura.
Imma hawn mhux hekk, għax jingħad li jekk l-awtorità tonqos li tikkonforma ma' xi direttiva, il-Prim Minsitru jista' jagħmel ordni biex jittrasferixxi lill-Ministru għal kwalunkwe funzjoni tal-awtorità.
"Dan hu insult. Din l-awtorità mhux minnu li se tkun indipendenti mill-Gvern," saħaq Zammit Dimech filwaqt li temm jgħid li l-Oppożizzjoni ma tidħolx kompliċi mal-Gvern f'din il-liġi u talab lill-Gvern jerġa' jirrevediha.
minn inewsmalta.com


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home