Thursday, July 14, 2016

Gvern li jurik id- debba u jqabbiżlek il-ħmara

       - id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina


Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina fl-intervent tiegħu qal li għalxejn jitwaqqfu l-awtoritajiet jekk hawn Gvern li jurik id-debba u jqabbiżlek il-ħmara.
Hu kompla jgħid li, "La titwaqqaf l-awtorità jistgħu finalment jibdew diskussjonijiet biex tissolva l-problema marbuta mal-artijiet tal-bdiewa. Hu evidenti li l-problema li qed jiffaċċjaw l-bdiewa fis-settur tagħhom qed twassal biex il-bdiewa qegħdin dejjem jonqsu," qal il-kelliem.
Hu saħaq li għandha tiġi solvuta darba għal dejjem il-problema tat-trasferiment ta' raba' bi qbiela. Ikkritika lill-Gvern għall-fatt li raba' li qed jinħareġ b'tender mid-Dipartiment tal-Artijiet qed joħloq restrizzjoni finanzjarji bil-konsegwenza li ċertu raba' mhux qed jgħaddi f'idejn bdiewa imma qed jispiċċa jkun spekulat.
"Nappella għas-sens komun biex titwaqqaf awtorità li dwarha jkun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat," temm jgħid Toni Bezzina.
minn inewsmalta.com


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home