Thursday, July 14, 2016

Id-differenza bejn l-iskate park fil-Mellieħa u dak f'Buġibba...

Minkejja li għaddiet aktar minn sena mindu nqalgħet kwistjoni sħiħa fuq l-iskate park f'Buġibba bil-kunsill lokali b'maġġoranza Nazzjonalista kien għadda mozzjoni biex l-iskate park jitneħħa minn fejn kien, is-sitwazzjoni attwali fil-post hi waħda ta' telqa u abbandun. Ftit xhur ilu għal raġunijiet li għadhom mhux magħrufin kamra fl-iskate park ħadet in-nar, bil-konsegwenza li llum hemm periklu serju għaż-żgħażagħ li jiffrekwentaw il-post. Minkejja li hu abbandunat totalment bl-iskips tal-iskart jitpoġġew ħdejn, huma diversi dawk iż-żgħażagħ li jnaddfu l-post mill-aħjar li jistgħu. 

Ma jonqsux kummenti ta' ommijiet, li jixtiequ li l-post jitranġa.
Omm, partikolari li binha jiffrekwenta l-post qaltilna li "ma nafux għaliex il-kunsill ħalla l-post mitluq u abbandunat.  Qed nispiċċaw innaddfu aħna. Imma hemm ċerti perikli għaż-żgħażagħ b'mod partikolari wara li kamra  li hemm ħadet in-nar.  Fil-post hemm kull tip ta' skart li jintefa' minn persuni irresponsabbi".  L-istess omm sostniet li la hemm dawl għal bil-lejl u lanqas hemm post fejn wieħed jistkenn mix-xita u x-xemx."

Diversi ġenituri ta' dawn  iż-żgħażagħ tkellmu dwar il-kuntrast li jeżisti bejn il-Mellieħa u Buġibba u dan hekk kif fil-Mellieħa hemm skate park ġdid modern u sabiħ.  "Għaliex għandna din is-sitwazzjoni fejn kunsill jagħmel faċilitajiet ta' skate park għaż-żgħażagħ u kunsill ieħor iħallihom abbandunati".

Irid jingħad li f'Lulju tas-sena li għaddiet kienet tressqet mozzjoni mill-maġġoranza Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.

Il-Kunsilliera Laburisti fil-kunsill kienu vvutaw kontra l-mozzjoni.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home