Kunsillier Belti jilmenta dwar rampa bl-imwejjed fi Triq ir-Repubblika
Kull min dalgħodu għadda minn Triq ir-Repubblika fil-parti li tinsab ftit metri bogħod mill-Palazz tal-President, ma setax ma jindunax b'rampa kbira li ħadet parti sew mill-ġenb tat-triq. F'din ir-rampa li hi magħluqa bil-ħadid hemm diversi mwejjed. Jidher li din ir-rampa qajmet rabja fost għadd ta' persuni u anke negozji li hemm fil-viċinanzi.
" Bla dubju ta' xejn li din hi struttura li tkerrah. Żgur mhix kompatibbli ma' din iż-żona fil-Belt Valletta. Min qed jagħti dawn il-permessi? B'dan il-mod qed nippreparaw għal Valletta 18?" staqsa resident. Kienu bosta r-residenti li lmentaw minn periklu u dan għax issa min ikun miexi irid joħroġ lejn nofs it-triq u dan meta mit-triq jgħaddu l-karozzi. Il-Kunsillier Laburista fil-kunsill lokali tal-Belt Valletta, Ray Azzopardi ma naqasx li jesprimi r-rabja tiegħu u qal li "nista' nkun naf min ħa din id-deċiżjoni? Il-kunsill mhux infurmat u allajbierek struttura daqs dinja tiġi mwaħħla matul il-lejl tal-bieraħ. Il-MEPA u Transport Malta fejn jinsabu? Nittama li dawk li għandhom il-poter illum ineħħu dan kollu. Issa xbajt."
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home