Kienu ġejjin vaganza f'Malta u tilfu 800 Ewro f'ħakka t'għajn
Koppja minn Coventry, li nhar il-Ħadd li għadda suppost li bdew vaganza f'Malta, spiċċaw kellhom jibqgħu f'pajjiżhom. Dan wara li tilfu 800 Ewro f'ħakka t'għajn hekk kif il-kumpanija Low Cost Holidays falliet.Fi kliem Gary Rapley, minħabba dak li ġara martu ma tistax tieqaf tibki. Gary Rapley u martu jgħixi f'Daimler Green f'Coventry. Huma bbukkjaw f'Jannar iżda issa sabu li falliet il-kumpanija li kienu bbukkjaw magħha u tilfu £820 għall-kamra, kollox inkluż.
Ir-raġel meta tkellem mal-ġurnal 'Coventry Telegraph' qal li, "Ninsabu imkissrin. Il-mara ma tistax tieqaf tibki. Ibbukkjajna din il-lukanda wara dak li għaddiet minnu hi. Ridna xi ħaġa biex inħarsu 'l quddiem." Huwa spjega li martu sofriet attakk tal-qalb ħafif f'Novembru li għadda.
"Sirt naf is-Sibt filgħodu. Irċevejt imejl mill-kumpanija li kienet tgħid li l-ibbukkjar tal-lukanda ġie kkanċellat. Għall-ewwel ħsibtha ċajta, iżda wara ċċekkjajt l-aħbarijiet u ma ridtx nemmen b'dak li bdejt nisma'," qal Gary li flimkien ma' martu kien se jqatta' 11-il ġurnata f'pajjiżna. Hu lmenta li ma jistax jifhem kif biex jerġa' jibbukkja l-lukanda, il-prezzijiet kienu qed jiġu ogħla.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home