Monday, July 18, 2016

'Ilna minn Frar ngħidulhom li fis-suq tal-bdiewa irid jitħallas l-elettriku'

"Ħames xhur huma aktar minn biżżejjed". "Ilna minn Frar ninfurmawhom li jrid jitħallas l-elettriku li jintuża. Mhumiex tal-ħaxix u l-bdiewa li qed jużaw l-elettriku imma dawk li jbiegħu mill-gabbani u dawk li għandhom il-freezers. Ma jistax ikollna sitwazzjoni fejn min iħallas għall-elettriku u min le". 'Ħadd mhu obbligat iġib ġeneraturi, għax konna għednielhom li lesti ninstallaw meters u jħallsu tal-konsum. Kien ilna minn Frar nippruvaw naslu".

    Dawn kienu l-kummenti li għaddewlna sorsi viċin is-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura dwar ilmenti li hemm min qed iqajjem dwar il-fatt li l-awtoritajiet iridu li l-elettriku li jintuża jitħallas. Diversi bdiewa tal-ħaxix li tkellmu ma' inewsmalta.com infurmawna li huma mhux affettwati b'din id-deċiżjoni għax ma jużawx dawl elettriku. Huma rrimarkaw li min għandu freezers u gabbani li qed juża l-elettriku li huma affettwati. Jidher li minħabba li baqgħet ma instabitx soluzzjoni, fejn l-awtoritajiet ilhom minn Frar jipprovaw jaslu għal soluzzjoni dwar il-konsum tal-elettriku minn xi bejjiegħa, issa ttieħdet id-deċiżjoni li tinqata' l-provvista. Kien hemm xi bejjiegħa li qalulna li huma kellhom bżonn elettriku minħabba li jbiegħu l-ġbejniet.
    L-istess sorsi li tkellmu ma' inewsmalta.com qalulna li "ilna minn Frar ngħidulhom ejjew ħa nwaħħlu meters u tħallsu tal-konsum. Hemmhekk l-aktar li jużaw id-dawl huma tal-gabbani u min għandu l-freezers. Hemm anke tal-ħobż, tal-ħut u oħrajn bl-ikel. Ġustament iridu jħallsu bħal ma jagħmel ħaddiehor".
    L-istes sors qalilna li "sitwazzjoni simili hemm għall-gabbani li jbiegħu fil-festi. X'se nagħmlu se nagħtu dawl b'xejn lil dawn ukoll? Il-liġi qiegħda hemm għal kulħadd". Jidher li waħda mill-problemi li sabu ma' wiċċhom il-bejjiegħa hi dik li huma m'għandhom ebda organizazzjoni li tista' tirrappreżentahom u għalhekk iridu japplikaw għall-meter b'mod individwali.
    minn l-orizzont u inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home