Tuesday, July 19, 2016

Fix-Xemxija: "Saret komuni li wara tmiem il-ġimgħa nsibu siringi fit-toroq"


Minn ftit ġimgħat ilu 'l hawn għadd ta' residenti f'żona fix-Xemxija qed jilmentaw li wara tmiem il-ġimgħa qed isibu għadd ta' siringi fuq il-bankini u anki fit-toroq. 

Waħda mit-toroq affettwati hi Triq Raddet ir-Roti. Wara nhar il-Ħadd, is-sitwazzjoni rrepetiet ruħha fejn kienu diversi dawk ir-residenti li sabu siringi fuq il-bankina u anki fit-triq. Fuq il-post sabu ukoll borża b'siringi ġo fiha. 

Ir-residenti appellaw biex tittieħed azzjoni, u tinstab sistema ġdida ta' kif wieħed jiddisponi mis-siringi. Ftit tal-jiem ilu l-Ministeru għas-Saħħa kien qalilna li għaddejjin diskussjonijiet biex tinstab sistema ġdida.
minn inewsmalta.com


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home