Għażiża Claudette, jiddispjaċini jekk m'intix issebbaħ il-bajjiet - Franco Debono
L-eks-Deputat Parlamentari Franco Debono irreaġixxa bl-aħrax għal dak li ddikjarat id-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttigieg meta qalet li hemm deputati li mhux imorru l-baħar minħabba l-biża' li jispiċċaw fi blogs. Hu qalilha li jiddispjaċih li mhix issebbaħ il-bajjiet, waqt li tenna li hu rċieva affarijiet ħafna agħar. Staqsieha fejn kienet dakinhar. Ma naqasx li jgħid li jekk hu jrid jiffaċċja l-elettorat fl-elezzjoni se jagħmel dan b'wiċċu minn quddiem.Franco Debono, fis-sit soċjali tiegħu, kiteb li "iġġib għajnejk wara widnejk tisma' lil Claudette Buttigieg tilmenta li deputati ma jistgħux imorru l-baħar għax iġibu ritratti tagħhom fuq il-blogs. Jien lanqas minn Strada Rjali ma nista' ngħaddi għax l-propaganda leader tagħkom tgħid li qed nippassiġġa Strada Rjali, meta l-post tax-xogħol tieghi huwa proprju fi Strada Rjali u l-uffiċċju tiegħi qrib. Għażiża Claudette, meta l-propaganda leader tagħkom ġabet ritratti tiegħi l-baħar, jien xorta bqajt immur ngħum! Però għażiża Claudette, il-propaganda leader tal-partit tiegħek qalet affarijiet foloz u malafamanti ħafna agħar minn hekk u inti paxxuta kont u paxxuta bqajt u qatt ma lmentajt jew ikkundannajt. Jiddispjaċini jekk m'intix issebbaħ il-bajjiet Maltin bil-figura tiegħek minħabba l-bogs. Nista' ngħidlek li jien u oħrajn għaddejna minn ħafna agħar minn hekk u minkejja li int paxxuta kont u paxxuta bqajt, illum aktar f'saħħti għax kont fis-sewwa u kelli raġun."
Franco Debono kompla jgħid li "jekk irrid niffaċċja l-elettorat fl-elezzjoni li ġejja nagħmel dan b'wiċċi minn quddiem għax ingawdi r-rispett tal-poplu. Claudette se titlob li dawk l-bogs offensivi u mimlija ħdura u odju, ħafna agħar minn sempliċi ritratt ħdejn l-baħar, jitneħħew?"
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home