Thursday, July 21, 2016

Skart f'Buġibba... "Qtajna qalbna minn dan il-post"

Is-sitwazzjoni ta' munzelli ta' skart u boroż tal-iskart maħruġin wara li jgħaddi s-servizz tal-iskart f'Buġibba, hi problema li minkejja l-isforzi li jsiru, qed tibqa' għaddejja b'mod kontinwu. L-aħħar minn sensiela ta' skart maħruġ wara l-ħin u li ġibed l-għajn, kien fi Triq il-Pijunieri. Triq li hi ffrekwentata ħafna mit-turisti. Minkejja dan, tara ritratti ta' bankini imblukkati bl-iskart.

    Dwar din il-problema, id-Direttur tad-Direttorat għat-Tindif Ramon Deguara kien tkellem ma' inewsmalta.com dwar l-isforzi li huma jagħmlu f'ċerti żoni f'Buġibba fosthom matul ix-xatt. Hu kien saħaq li l-iskart f'żoni oħra hu responsabbilità tal-kunsill lokali.

    Quddiem ir-ritratt ta' skart fi Triq il-Pijunieri, id-Direttorat għat-Tindif ma naqasx li jikkummenta. Huma kitbu li " Buġibba - Triq il-Pijunieri. Skart mad-dawra ta' reċipjent tal-iskart. Lanqas temmen li dan hu post turistiku. Int x'tgħid? X'taħseb? X'tikkummenta? Għidilna".
    Fost dawk li kkummentaw kien hemm min qal li "qtajna qalbna minn dan il-post".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home