Thursday, July 21, 2016

Il-Hunters Towers f'Marsaxlokk: Proposta għal lukanda ta' 125 sodda

 

Wara li ftit jiem ilu tħabbar proġett ġdid ta' riġenerazzjoni f'żona f'Marsaxlokk, issa qed jirriżulta li fl-istess post qed ikun propost biex il-binja li llum hemm fiha r-ristorant magħruf bħala "Hunters Tower" tinbidel f'lukanda ta' 125 sodda.

    Fi proposta ta' żvilupp li tinsab ukoll quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar, qed ikun propost ukoll li hemm parkeġġ taħt l-art.

    Xlukkajri li tkellmu ma' inewsmalta.com qalulna "li jkun hawn lukanda u xi tip ieħor ta' żvilupp turistiku hawn, nilqgħuh b'idejna miftuħin. Fil-każ tal-Hunters Towers, hemmhekk hi żona li tinsab eżattament mal-baħar u għalhekk tajjeb li qabel wieħed jikkummenta naraw il-pjanti ta' kif se jkun il-bini u fuq kollox kemm se jogħla."
    minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home