Fomm ir-Riħ, Ras ir-Raħeb, Ta' Baldu u Ħas-Saptan proponuti għad-Demanju Pubbliku
Wara li ftit jiem ilu, l-għaqda Flimkiem għal Ambjent Aħjar ipproponiet lista' ta' postijiet li għandhom jiddaħħlu bħala li huma fid-demanju pubbliku, issa kienet l-għaqda 'Friends of the Earth li pproponiet diversi siti oħra biex jiddaħħlu fiha.Meta post jew sit jiddaħħal fid-demanju pubbliku ikun ifisser li dik l-art ma tistax tintuża għal skop kummerċjali, waqt li jkun hemm aċċess sħiħ u bla restrizzjoni għall-pubbliku.
'Friends of the Earth, ipproponew li Kemmuna, Fomm ir-Riħ, Ras ir-Raħeb, il-Ballut fil-Wardija, il-Ballut tal-Imġiebaħ fil-Mellieħa, is-Simblija li jinklujdi Wied ir-Rum u Ta' Baldu u anke Has-Saptan b'estensjoni sa' Wied Żembaq. Bil-liġi tad-demanju pubbliku postijiet pubbliċi u l-kosta se jkunu ħafna aktar protetti.
Ta' min jgħid li l-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar kienet ipproponiet li l-Kalanka f'Delimara, Ħondoq ir-Rummien f'Għawdex u Wied Garnaw f'Santa Luċija jiddaħħlu fid-demanju pubbliku.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home