Friday, July 22, 2016

"Ilbieraħ Malta kollha kienet Birkirkara"
         - Chris Agius

"Ilbieraħ Malta kollha kienet Birkirkara". Hekk sostna ma' inewsmalta.com is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, dwar il-kwalifikazzjoni storika tat-tim ta' Birkirkara. 

It-tim tal-futbol ta' Birkirkara saru l-ewwel tim Malti li għadda għat-tielet round preliminari tal-kompetizzjonijiet Ewropej meta kontra kull mistenni għelbu lil Hearts tal-Iskozja 2-1 f'Tynecastle.


Is-Segretarju Parlamentari fil-kummenti tiegħu qalilna li "nixtieq ngħaddi l-awguri lit-tim u d-diriġenti ta' Birkirkara għal dan it-tragward storiku. Ilbieraħ inkitbet l-istorja għax din hija l-ewwel darba li tim Malti wasal sa dan ir-round. 

Dan jixhed l-impenn li qed jagħmlu t-timijiet Maltin sabiex javvanzaw u jawgura tajjeb għall-futur kemm tal-klabb u anke l-futbol inġenerali f'pajjiżna. It-titjib li qed isir fil-coaching, fil-livell tal-plejers u f'oqsma oħra qed isarraf f'riżultati tanġibbli. 


Dan ma kienx biss tragward għall-partitarji Karkariżi imma għal Maltin kollha għax meta t-timijiet jikkompetu barra l-pajjiż ma jibqgħux jirrapreżentaw biss lil-lokal. Ilbierah Malta kollha kienet Birkirkara!."


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home