Friday, July 22, 2016

17-il katavru ieħor ta' immigranti misjuba abbord dgħajsa

Wara li nhar l-Erbgħa f'qiegħ ta' dinghy instabu 22 immigrant mejtin - 21 mara u raġel - ilbieraħ il-bastiment tal-qawwa navali tar-Repubblika tal-Irlanda LE James Joyce rkupra 17-il katavru ieħor minn dgħajsa tas-sajd.
Il-James Joyce qiegħed fil-Mediterran biex iwettaq missjonijiet ta' salvataġġ. Fis-salvataġġ li wettaq il-Ħamis irkupra 17-il katavru - 16 ta' rġiel u katavru ieħor ta' tifel. Ma ngħatawx aktar dettalji dwar il-kawża tal-mewt ta' dawn l-immigranti.

Abbord il-James Joyce hemm tliet membri tal-ekwipaġġ minn total ta' 60 membru li qed jirritornaw fil-Mediterran għat-tieni darba. Kienet xewqa tal-istess membri li jerġgħu jiġu fil-Mediterran biex isalvaw il-ħajjiet.
Il-James Joyce telaq mir-Repubblika tal-Irlanda ftit jiem ilu biss u beda l-ħidma tiegħu ħamest ijiem ilu.
Waħda minn dawk li rritornat fil-Mediterran hi Katie O'Leary. Meta kkummentat dwar l-esperjenza tagħha fil-Mediterran, qalet bla tlaqliq li, "L-immigranti jkunu beżgħana. Jibdew jgħannquk inti u toħroġhom mill-baħar. In-nisa mill-ewwel jagħtuk lit-tfal. Dejjem jirringrazzjawk talli tkun salvajthom.”


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home