Ballun nar fis-sema jidher minn Kalabrija, Sqallija u Malta
Is-sit Meteoweb.eu f'rapport li għadu kif ippubblika qed jgħid li lbieraħ għall-ħabta ta' 10:55 ta' filgħaxija deher ballun kbir tan-nar fis-sema. Qal li dan deher minn nofsinhar tal-Italja, Sqallija, il-Kalabrija u anke minn Malta. Is-sit qal li dan il-ballun mexa lejn ix-xlokk. Intqal ukoll li persuni li raw dan il-ballun tan-nar iddeskrivewh bħala 'spettaklu'.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home