Friday, July 22, 2016

Il-monument għal Ġlormu Cassar wara l-Parlament il-ġdid

Il-kwistjoni marbuta mal-monument li se jfakkar lill-arkitett Malti Glormu Cassar u lil Francesco Laparelli, issa ingħatat l-approvazzjoni mis-Sovrantendenza għall-Patrimonju Kulturali. Wara li s-Sovrantendenza kienet oġġezzjonat li l-monument isir quddiem il-Kon Katidral ta' San Ġwann, Heritage Malta wara ipproponiet li l-monument isir wara l-Parlament il-Ġdid. Is-Sovrantendenza issa mhix qed toġġezzjona għal dan għalkemm ilmentat li ma tistax tikkummenta fuq id-disinn għax dan baqa' ma ġiex mgħoddi lilha.


Din mhix l-ewwel darba li s-Sovrantendenza ikkummentat dwar nuqqas ta' dettalji dwar dan il-monument. Hi kienet għamlet rimarki simili meta kkummentat dwar il-post fejn kien ġie propost li jitpoġġa l-ewwel darba. 

L-arkitett Malti Ġlormu Cassar twieled fis-sena 1520 u studja f'Ruma u Napli. Hu kellu għal qalbu ħafna l-istil rinaxximentali u użah f’ħafna bini li ħadem f’Malta. Dan kien bini li l-karatteristika prinċipali fl-istil tiegħu kien in-nuqqas ta’ ornamenti fil-ġebla.
L-arkitetti bħal Ġlormu Cassar li kienu jibnu f’dan l-istil kienu influwenzati minn arkitettura militari li kienet timxi fuq linji dritti u sempliċi. 

Cassar kien assistent tal-arkitett Francesco Laparelli fil-bini tal-Belt Valletta u meta Laparelli telaq minn Malta, ix-xogħlijiet kienu  fdati f'idejn Cassar.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home