Friday, July 22, 2016

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jirreaġixxi... Gatrani jgħarraf lill-Gvern
Malti fuq traffikar illegali ta' fjuwil u diżil

"L-Ambaxxatur Malti ma rċieva ebda kommunikazzjoni dwar negozju illegali ta' fjuwil u diżil"



Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin irreaġixxa għall-aħbar li xxandret f'inewsmalta.com dwar rapport li xxandar fil-ġurnal Libya Herald u qal li l-ambaxxatur Malti ma' irċieva l-ebda kommunikazzjoni dwar negozju illegali ta' fjuwil u diżil mil-Libja lejn Malta.


Ir-rapport li deher fil-Libja Herald kien jgħid li Ali Gatrani, bħala Kap tal-Kumitat Ekonomija tal-Kamra tar-Rappreżentanti fil-Libja informa lill-Gvern Malti dwar l-esportazzjoni illegali ta' fjuwil u diżil mil-Libja lejn Malta.  Gatrani qal li dan qed isir  permezz ta' kumpaniji liċenzjati bħala 'li joffru servizzi marbuta maż-żejt".


Gatrani qal li dan qed isir permezz ta' kumpaniji liċenzjati bħala "li joffru servizzi marbuta maż-żejt". Il-ġurnal Libya Herald qal li f'ittra datata 17 ta' Lulju u indirizzata lill-Ambaxxatur Malti, Gatrani iddikjara li kumpaniji reġistrati fil-Libja li l-għan tagħhom hu li joffru servizzi lill-industrija taż-żejt fil-Libja ma jistgħux jesportaw prodotti taż-żejt barra l-Libja. Hu qal li dawn il-lċenzji ta' negozju huma maħruġin b'mod legali u huma għal servizzi marbuta maż-żejt huma limitati biss għal servizzi lil industrija taż-żejt. 

Hu ddikjara li kumpaniji li qed ibiegħu prodotti barra l-Libja qed jagħmlu traffikar illegali ta' fjuwil u żejt.
 

Qal li dan hu illegali kemm taħt il-liġi Libjana u anke kontra r-riżoluzzjoni tal-Ġnus Magħquda. Hu ddikjara ukoll li dan it-traffikar jista' jkun li anke qed jiffinanza it-terroriżmu. Il-Libya Herald f'rapport li xandret qalet li Gatrani appella lill-Gvern Malti biex ma jaċċetta l-ebda dokumentazzjoni Libjana, li turi li esportazzjoni ta' prodotti taż-żejt hi legali. 

Ta' min jgħid li f'Jannar tas-sena 2015, kien inżamm bastiment fuq suspett ta' traffikar ta' żejt. Il-bastiment kien iġib l-isem ta' Sun Oil.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home