Sunday, July 24, 2016

Sienja tradizzjonali mħaddma minn ħmar... proposta turistika fir-Rabat

Ir-Rabat u l-madwar b'mod partikolari żoni agrikoli fl-Imtaħleb, Wied il-Qlejgħa, Wied ir-Rum u Santa Katerina huma magħrufin għar-raba' għammiel tagħhom. Matul is-snin, inbidel il-mod kif jinħadmu dawn l-istess uċuħ u l-għodod tal-passat spiċċaw għebu jew mitluqin x'imkien bla użu ta' xejn.

Waħda minn dawn l-għodod li kienet tintuża biex jittella' ilma u li kienet tkun imħaddma minn ħmar hi s-sienja.
 Issa fir-Rabat qed issir proposta biex żona fl-inħawi magħrufin bħala Tax-Xierfa fl-inħawi ta' Santa Katerina, jkun hemm sienja taħdem b'mod tradizzjonali. Mhux biss imma magħha se jkun hemm ukoll esebizzjoni ta' għodod antiki marbutin mal-biedja.  Fl-applikazzjoni li hemm quddiem il-MEPA, jissemma' kif din għandha tkun attrazzjoni turistika.


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home