Sunday, July 24, 2016

"Il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea... in-nies imħassbin minħabba t-terroriżmu"
          - Simon Busuttil

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil f'intervista  qal li "t-terroriżmu llum sar xi ħaġa li saret spissa wisq u saret ta' tħassib kbir għan-nies. In-nies llum qed jistaqsu jekk jistgħux jgħixu l-ħajja normali tagħhom llum. Nizza mhix il-kapitali Franċiża imma belt sabiħa Franċiża. Fi Munich f'post fejn kien hemm ħafna nies jidħol xi ħadd u jibda jispara bl-addoċċ. Dan rajnieh fi bliet oħra bħal Brussels u f'Pariġi. In-nies qed jistaqsu jekk humiex siguri?  Irrid inwieġbu għal dan fuq livell Ewropew imma anke fuq livell nazzjonali.  Dak li qed jiġri hu fenomenu inkwetanti għax qed jolqot kullimkien u jista' anke jsir minn bniedem wieħed. It-terroriżmu sar aktar sofistikat."

Tenna li "din il-ġimgħa tgħidx kemm kien hemm nies li kellmuni dwar kemm huma mħassbin bit-terroriżmu.  Aktar u aktar meta pajjiżna se jkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni minħabba l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea. Malta hi lesta li tħares is-sigurtà?  In-nies huma siguri?  Hemm dubji dwar dan għax il-visas qed jingħataw bl-addoċċ."


Qal li l-pajjiż għadu bla Kummissarju tal-Pulizija u qal li Malta tinsab f'nofs reġjun li fih hemm ħafna taqlib. Qal li l-pajjiż irid jieħu l-prekawżjonijiet kollha u tiġi mserrħa ras in-nies.


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home