Sunday, July 24, 2016

"Tlift kollox, stuprawni... Ma nistax norqod. Għinuni!"

"Ma fadalli xejn. Kollox tlift. Fil-vjaġġ stuprawni. Ma nistax norqod. Għinuni".  Din kienet il-karba ta' Miriam, tfajla ta' 17-il sena li ġiet salvata din il-ġimgħa. Din il-karba għamlitha hekk kif niżlet l-art minn fuq il-bastiment ta' Medecins Sans Frontieres (MSF).

Miriam hi tifla waħidha.  Hi kienet tgħix ma' missierha fil-Gambia. Biss missierha kien ġie arestat minħabba li kien jappartjeni għal oppożizzjoni politika fil-Gambja. 
Hi tgħid li "ma smajt xejn aktar minn mindu missieri kien spiċċa l-ħabs. Probabbilment spiċċa maqtul bħal ħafna oħrajn.  Ma kellix għażla oħra ħlief li naqbad it-triq tal-infern - dik li mmur lejn Agadez fin-Niġerja u minn hemm il-vjaġġ lejn il-Libja.  F'Baranzate kont l-unika tfajla. Kienu ħaduni f'dar abbandunata ma' sbatax-il raġel.  Bqajna hemm nistennew li nivvjaġġaw lejn Tripli. 

Fl-ewwel lejl ix-xufier li kellna kien abbuża minni. Ried itini xi flus u rrifjutajt. Obbligani norqod miegħu. 

Bqajt għax hu kien armat . Tlaqt mill-Gambja biex infittex sigurezza u protezzjoni. Fil-vjaġġ tlift kollox. Ma fadalli xejn".


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home