Sunday, July 24, 2016

"Umiljati persuni morda bil-kanċer... dawn qed iħallsu għall-korruzzjoni"
             - Simon Busuttil

'Immaġinaw ftit x'umiljazzjoni. Persuni morda bil-kanċer imorru jittalbu għand il-President tar-Repubblika għall-kura. Dawn huma nies li qed iħallsu għall-korruzzjoni li hawn fil-pajjiż".


Dan sostnieh Dr. Simon Busuttil fl-intervista tiegħu dalgħodu. Hu beda l-intervent tiegħu billi qal li "kienet xokk għalina li l-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara li l-Port Ħieles ma jistax ikompli jitkabbar." Qal li l-akbar riskju tal-ekonomija hu l-immaġini ta' pajjiżna. Qal li "min se jiġi jpoġġi ħdejn Joseph Muscat jekk ħdejh ikun hemm Keith Schembri. Dan ħa jgħidlek lil dan irrid intih xi senserija? Kieku int tpoġġi komdu quddiem il-Ministru Konrad Mizzi jew Keith Schembri.  Issa sejjer jara t-tanker tal-gass qed jinbena u se jtella' lill-Ministru Konrad Mizzi. X'ħasibna imbeċilli."


Dr. Busuttil qal li "l-korruzzjoni hi forma ta' taxxa. Il-flus flok jintefqu fuqek qed jinsterqu minn xi ħadd. Meta tara l-korruzzjoni tgħid għalhekk inħallsu aktar għall-petrol u d-diżil. Għaliex ma raħħsux?  Għax qed jonfoq fuq bnadi oħra. Il-korruzzjoni qed iħallas għaliha min għandu bżonn assistenza u jew ma tawhielux jew waqqfuhielu. Iħallas għall-korruzzjoni min għandu kanċer u jrid imur jittallab għall-mediċini. Immaġina x'umiljazzjoni dawn in-nies qed jgħaddu minnha, imorru għand il-President jitkarrbu. Dawn qed iħallsu għall-korruzzjoni.  In-nies li qed iċemplulhom u jgħidulhom li l-appuntament mediku ġie pospost għal xhur oħra huma nies li qed iħallsu għall-korruzzjoni. Iva il-korruzzjoni għandha prezz".


Hu sfida lill-Prim Ministru Joseph Muscat jilqa' l-proposta li saret biex ikun hemm ħin fil-Parlament fejn id-Deputati jistaqsi mistoqsijiet li jridu lill-Prim Ministru. Hu staqsa għalfejn il-Prim Ministru ma jridx jilqa' din il-proposta u staqsa minn x'hiex qed jibża' Joseph Muscat. Qal li Joseph Muscat ilu sentejn jevita li jattendi dibattitu miegħu fi programm lokali.


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home