"Niddiżappunta ruħi nara membri ta' naħa u t'oħra assenti mill-Parlament"
Id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, fid-diskussjoni dwar l-emendi għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, iddikjara bla tlaqliq li jiddiżappunta ruħu jara membri ta' naħa u t'oħra li jkunu assenti mill-Parlament.Qal li d-Deputati jridu jifhmu li l-ewwel dover li għandhom hu lejn il-Parlament.
Hu qal li "ċerta ħela ta' ħin li qed isir hawn għandna naraw li jispiċċa. Kellna każi fejn membri ta' naħa ma rrispettawx lil dawk tan-naħa l-oħra. Meta niġu biex niddiskutu mozzjonijiet bħal dawn irridu nkunu onesti magħna infusna. Minn 197 regolament li għandu dan il-Parlament, nhar l-Erbgħa l-Viċi-Prim Ministru ġie u qalilna li qed jipproponi emendi għal tnejn minn dawn iż-żewġ regolamenti. Irridu nifhmu li l-assenza minn dan il-Parlament għandha tkun xi ħaġa straordinarja. Għandha tiġri għax assolutament mhux possibbli tiġi. Niddiżappunta ruħi membri ta' naħa u ta' oħra li ma jkunux preżenti. Meta jien m'attendejtx tgħoddhom fuq id waħda. Id-deputati jridu jifhmu li l-ewwel dover li għandu hu li bis-serjetà ikun preżenti. Dan ma jfissirx li jidħol minn bieb u joħroġ minn ieħor."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home